Peter Paul Ciantar
Quick Facts
Biography
Peter Paul Ciantar (26 ta’ Ġunju, 1950) huwa xandar, kompożitur, mużiċista, għalliem tal-mużika u lecturer Malti.
Peter Paul Ciantar A.Mus.L.C.M., hu minn Ħaż-Żebbuġ iżda joqgħod ir-Rabat, Malta.Ciantar twieled nhar is-26 ta’ Ġunju, 1950lil Karmenu u Marija neé Barbara.Hu miżżewweġ lil Pauline neé Muscat u huwa missier ta’ żewġ ulied: Gabriella (imwielda fl-1979) u Robert (imwieled fl-1982).
Peter Paul Ciantar huwa xandar, kompożitur/mużiċista u għalliem tal-mużika u lecturer.Ta’ 20 sena kiseb diploma fil-mużika (A.Mus.L.C.M.) mil-London College of Music f'Londra.
Huwa beda l-karriera tiegħu fix-xandir bi programmi għat-tfal fuq Rediffusion (Malta). Wara daħal impjegat max-Xandir Nazzjonalifil-kariga ta’ produttur. F’din il -ħidma ,huwa ppreżenta diversi programmi radjofoniċi li ffukaw prinċipalment fuq l-istorja ta’ Malta, il-mużika serja, operistikau l-folklor. Huwa magħruf sewwa għall-preżentazzjoni tal-programm mużikali ‘Siesta’ li dam snin twaljixxandar dirett kuljum fuq l-eks stazzjon tar-radju ‘Bronja’.
Għal ħafna snin, Peter Paul Ciantar kien koordinatur tal-programmi radjofoniċi mal-P.B.S. (Public Broadcasting Station). Huwa attenda għal diversi korsijiet immexxijin minn uħud mix-xandara l-aktarmagħrufin fid-dinja.
Minbarra xandar, Ciantar kien għal numru ta’ sningħalliem tal-mużika, lecturer,kif ukoll segretarju u PRO ta’ diversi kumitati, l-aktar fil-qasam kulturali. Kien ukoll ġurnalist mal- gazzetta lokali Times of Malta, kif ukoll membruta’ bordijiet ta’ ġurija matul festivals lokali u barranin.
Bħala kompożitur kiteb għadd ġmielu ta’ marċigħall-banda King’s Own Band tal-Belt, kif ukoll għal baned oħrajn tal-irħula. Ħafna mill-marċi festivi tiegħu ġew irrekordjati fuq diversi LPs u CDs. Huwa kkompona wkoll numru mhux ħażin ta’ sigli għal uħudmill-programmi tiegħu fuq ir-radju u rebaħ diversi konkorsi għal mużika serja organizzati mill-Performing Rights Society ta’ Londra.
Peter Paul Ciantar idoqq il-Bb baritone, is-synthesizer u l-mandolina. Bħalissa qiegħed jippreżenta programm mużikali għar-radju fuq Radju Malta,huwa membru tal-Kumitat għall-Festi Nazzjonali,u kittieb ta’ diversi artikli, l-aktar dwar suġġetti kulturali u mużikali u li dawn l-aktar li jiġu ppublikati fuqgazzetti lokali.
Fir-Repubblika tas-sena 2016, Peter Paul Ciantar ġie onorat mill-President ta' Malta, f'isem l-Istat Malti, bil-Midalja 'Għall-Qadi tar-Repubblika'.
Referenzi
Qari ulterjuri
Mahoney. J, Oh Żmien Ħelu...:Il-Palk, Ir-Radju u Jien p. 275,276 u 302