Wallace Philip Gulia
Quick Facts
Biography
Wallace Philip Gulia (4 ta' Marzu 1926 – 11 ta' Ġunju 2000) kien imħallef u poeta Malti.
Huwa twieled fl-4 ta' Marzu 1926, bin Salvatore u Carmen née Cilia.
Beda l-istudji tiegħu fil-Liċeo bejn l-1936 u l-1942 u kompla fl-universitajiet ta’ Malta, Londra u Manchester fejn kiseb il-B.Sc.,Ph.C fl-1945, B.A. fl-1949 u LL.D. fl-1952.
Ħadem favur l-ilsien Malti bħala Segretarju tal-Għaqda tal-Malti fl-Università ta’ Malta, u okkupa wkoll il-kariga ta’ President tal-Akkademja tal-Malti bejn l-1974 u l-1984.
L-Imħallef Gulia kien lecturer fl-Amministrazzjoni Pubblika u fit-Teorija Soċjali u Politika u għallem ukoll il-Liġi tal-Amministrazzjoni. Huwa kellu l-kariga ta’ Avukat tal-Kuruna u kien chairman tal-Bord tal-Arbitraġġ tal-Artijiet, tal-Mental Health Review Tribunal, tal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji u tas-Soċjetà Maltija tal-Għomja.
Kien membru tar-Royal Institute of Public Administration tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fl-1947 u imħallef tal-Qrati Maltin bejn l-1983 u l-1992. Huwa pparteċipa u qara karti f'konferenzi internazzjonali f'Bejrut u New Delhi.
Gulia miet fil-11 ta' Ġunju 2000.