peoplepill id: mario-azzopardi
MA
Malta
1 views today
1 views this week
Mario Azzopardi
Maltese poet and writer

Mario Azzopardi

The basics

Quick Facts

Intro
Maltese poet and writer
Places
Gender
Male
Place of birth
Ħamrun, Southern Region (Nofsinhar), Malta
Place of death
Mosta, Northern Region (Tramuntana), Malta
Age
77 years
The details (from wikipedia)

Biography

Mario Azzopardi (Ħamrun, 11 ta' Settembru 1944 - 11 ta' Marzu 2022) kien poeta, direttur teatrali u kritiku tal-arti Malti.

Ħajja

Mario Azzoparditwieled il-Hamrun f'familja tal-ħaddiema, l-ewwel wieħed minn sitt ulied. Kellu trobbija reliġjuża rigida li f'żgħożitu rreaġixxa kontriha kif jixhdu ħafna poeżiji u kitbiet oħra tiegħu. Studja fil-Liċeo, fil-Kulleġġ tal-Għalliema u fl-Universita' ta' Malta, mnejn iggradwa (M.Pħil.) b'teżi dwar it-Teatru Komunitarju. Għallem l-arti, id-drama edukattiva u l-letteratura Maltija għal bosta snin fl-iskejjel statali u ħadem fil-Policy Unit tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura bejn l-1998-2004, meta rtira mis-servizz pubbliku iżda xorta ntalab ikompli jmexxi ċ-Ċentru tad-Drama ta' Malta. Azzopardi jgħallem l-Istorja tat-Teatru tas-seklu 20 fl-Università ta' Malta.

Huwa kittieb prolifiku u versatili, u aktarx hu l-aktar poeta Malti li esperimenta bi stili differenti, mill-vers "grafiku" sal-"poesej". Sa mill-1967 ilu attiv ukoll bħala ġurnalista kulturali u ħadem bħala artikolista ma' L-Orizzont, Tħe Malta Economist, Tħe Bullettin, Tħe Malta Independent, In-Nazzjon u Il-Mument.Kien ukoll l-editur tar-rivista letterarja xellugija Neo u tas-supplimenti kulturali Spektrum u Fokus li kienu ppubblikati mal-gazzetta Il-Mument. Bħala reġgista dderieġa x-xogħol ta' awturi klassiċi u kontemporanji għat-televiżjoni u fl-1992 kien ħoloq u ppreżenta l-ewwel programm satiriku li qatt ixxandar fuq stazzjon tar-radju u li kien ħoloq reazzjonijietimħalltin, l-aktar minħabba li mess temi "devozzjonali", meqjusin bħala intokkabbli fil-media radjufonika.

Azzopardi kien wieħed mill-pijunieri tal-letteratura New Wave li tfaċċat f'Malta fis-snin Sittin, kif ukoll wieħed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju, li kien twaqqaf fl-1967, sewwasew biex jikkonfronta 'l-istagnar fil-letteratura Maltija ta' dik l-epoka u biex jiddemokratizza l-letteratura billi jeħodħa għand il-poplu fl-imsieraħ, fit-triqat, f'ambjenti rurali u f'xatt il-baħar.

Kitba poetika

L-ewwel kitbiet ta' Azzopardi deħru f'antoloġiji ma' poeti oħra. (1968 - 1972). Sa mill-bidunett deher illi kien qed jisfida l-istatus quo letterarju, imxekkel kif kien b'forom u kontenut sorpassati. Azzopardi, flimkien ma' oħrajn, introduċa forom sperimentali, inkluż il-vers projettiv u ttratta temi li li sa dak iż-żmien kienu "ipprojbiti", fostħom is-sesswalità, l-ipokresija religjuża u l-pretensjoni parijottika.

Ħafna mill-poeżija tiegħu ħi bbażata fuq episodji biografiċi u tieħu ton konfessjonali li jitfa' dawl fuq l-indottrinazzjoni religjuża fi tfulitu; id-diffikultajiet kostanti fir-relazzjonijiet ma' nisa diversi li daħlu f'ħajtu; l-anjostiċiżmu religjuż tiegħu bħala adult u l-esperjenza tal-ħafna vjaġġi li għamel mħux bħala turist, imma bħala pellegrin fittiex.Aspett ieħor ċentrali fil-poeżija tiegħu għandu x'jaqsam mal-identifikazzjoni ma' nies li jbatu, kienu min kienu u għexu fejn għexu. It-timbri poetiċi l-aktar pronunzjati fil-poeżija tiegħu huma l-ironija, l-introspezzjoni, il-protesta, l-ambigwità, l-awto-definizzjoni, id-drammatiċità barokka, l-effett ta' dettalji istantanji, metaforizzazzjoni oriġinali, evokazzjoni grafika, is-sens ta' telfa u d-deformazzjoni grotteska.

Fost ix-xogħlijiet tiegħu nsibu l-kotba Demgħat tas-Silġ (1976), Passiflora (1977), Tabernakli (1979), Monokordi (1984). Noti mis-Sanatorju tal-Mistiċi (1995) u Skizzi tal-Karnival (2010). Fl-1995 ħuwa ġabar, flimkien ma' Oliver Friggieri, għadd ġmielħu ta' poeżiji u novelli b'temi ambjentali fil-ktieb L-Antoloġija tan-Natura, mitbugħ mis-Segretarjat Għall-Ambjent. Wieħed mill-aħħar kotba ppubblikati ta' Azzopardi deħer fl-2007, meta ħareg Alicia Titkellem mill-Imwiet (Merlin Library). Din hi antologija ta' stejjer b'kontenut soċjali indirizzata direttament liż-żgħażagħ u tinkludi temi bħall-pedofelija, il-manipulazzjoni tal-adolexxenti bil-medja, l-aljenazzjoni, it-traffikar tad-droga, ir-razziżmu u l-pregudizzju, fost l-oħrajn.Il-ktieb rebaħ premju nazzjonali għal-letteratura tal-adolexxenti.

It-tieni ktieb fuq temi simili, L-Aħħar Granet ta' Ciorni (pubblikazzjoni oħra tal-Merlin, 2009) rega' rebaħ il-premju nazzjonali għall-kitba għall-adolexxenti, filwaqt li s-sena ta' wara, Azzopardi għaqqad triloġija ta' volumi b'narrattiva għaż-żgħażagħ meta ppubblika Vampir (Horizons).Dan il-krieb ħoloq kontroversja qalila minħabba li t-Taqsima tal-Libreriji għall-Iskejjel imblukkatu mill-iskejjel sekondarji. Kien ħemm bosta protesti min-naħa tal-medja u l-Ministeru tal-Edukazzjoni ħatar kummissjoni apposta biex tistħarreg il-każ u tara jekk Vampir ħuwiex adattat għall-iskejjel. Il-kummissjoni ħarget b'verdett pożittiv anzi, qalet li kotba bħal dawk ta' Azzopardi ħuma neċessarji biex jimmaturaw lill-istudenti. Il-ktieb kien irrakkomandat għall-klassijiet il-kbar tas-sekondarji, jiġifieri dawk tar-raba' u l-ħames sena.

Fl-2010 Mario Azzopardi ħaregSkizzi tal-Karnival ktieb ta' ta' poesaġġi, terminu li fil-letteratura lokali kien għadu qatt ma ntuża. Azzopardi joħloq sensiela ta' saġġi poetiċi li bosta minnhom għandhom laqta' parodika jew grotteska. Iżda hemm ukoll bċejjeċ fejn il-poeżija tiddomina fuq kollox.Aspetti oħra interessanti jixħdu r-rabta li Azzopardi dejjem kellu mal-mottiv teatriku. Dan il-ktieb kiseb premju letterarju mniedi mill-Gvern.Fl-2012 ħareġ it-tieni ktieb ta' poesaġġi, Il-Fabbrikant tal-Marjunetti.Azzopardi hu wkoll l-editur ta' żewġ volumi dwar it-Teatru f'Malta, Kitbiet dwar it-Teatrin (2010) u Mhemmx bżonn Siparu (2012).

Kitba kritika

Bejn il-Vatikan, id-Duce u l-Kuruna

Huwa ppubblika wkoll sensiela ta' noti kritiċi fuq ix-xogħlijiet ta' drammaturgi importanti Maltin, fostħom Guże' Diaċono, Francis Ebejer u Alfred Sant. Xandar ukoll studjukontroversjali fuq il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, permezz tal-ktieb maħruġ mill-P.E.G. fl-1993 - Bejn il-Vatikan, id-Duce u l-Kuruna.

Azzopardi jattakka l-pożizzjoni plaċida tal-poeta nazzjonali quddiem avvenimenti storiċi kruċjali, fosthom it-theddida tal-faxxiżmu f'Malta tas-snin Tletin, kif ukoll l-implikazzjonijiet soċjo-politiċi kollha tal-kolonjaliżmu, fejn il-qassis-poeta wera dejjem sottomissjoni inkondizzjonata lejn l-awtoritajiet Britanniċi. L-istoriku Frans Ciappara jara f'dan ix-xogħol estensjoni tal-qagħda ta' Azzopardi bħala anti-konvenżjonalista ewlieni. Ciappara jqis li Azzopardi qed iġiegħel lill-qarrejja jirridimensjonaw lil Dun Karm u jaraw jekk kienx konxju tal-qagħda soċjali tal-Maltin fi żmienu: għaliex it-temi li ħarbtu ruħ awturi kontemporanji bħal John Marks, Manwel Dimech u Juan Mamo ma ħallew l-ebda marka fuq ruħ il-poeta-saċerdot, li baqa' sieket quddiem tant miżerja?

Min-naħa l-oħra, il-kritiku Adrian Stivala jgħid li Azzopardi, b'reqqa ta' tiftix u dokumentazzjoni, jikkonfronta lil Dun karm ma' kurrenti soċjo-letterarji ta' żmienu stess u joħrog xbieha ta' poeta-qassis li kien iqis l-awtorità u l-poter bi skala vertikali, fejn l-ubbidjenza tal-kotra hi indispensabbli biex il-ftit ikollhom id-dritt li jiddeċiedu d-destin tas-soċjetà Maltija.

Għalkemm dan il-ktieb ma wasalx daqstant f'idejn il-qarrejja daqskemm appikk xtaq l-awtur innifsu, madanakollu fetaħ diskussjoni fuq perspettivi ġodda ta' kif il-Maltin għandhom iqisu lill-poeta nazzjonali tagħhom. Ciappara jżid li Azzopardi ġiegħel lill-istoriċi u lill-istudjużi tal-letteratura Maltija jirridimensjonaw lil Dun Karm, il-poeta saċerdot li baqa' konxju dwar il-qagħda soċjali miżeri tal-kotra tal-Maltin ta' żmienu.Azzopardi jistaqsi wkoll jekk il-poeta nazzjonali qattx kellu viżjoni ta' Malta indipendenti jew jekk il-pożizzjoni kompjaċenti tiegħu kinetx waħda politikament komda, filwaqt li qagħad attent li ma jwassalhiex lejn il-periklu.Filwaqt li jsellem lil Dun Karm għax-xogħol siewi tiegħu favur il-lingwa Maltija, Azzopardi jiddibatti bis-sħiħ it-titlu tal-poeta saċerdot bħala poeta nażjonali.

Kontribut Teatrali

Azzopardi stinka kemm seta' sabiex iwassal it-teatru impenjattiv lill-poplu Malti bl-ilsien tagħhom. Iggradwat bħala għalliem tal-arti fl-1969 ħuwa ħadem għal diversi snin fid-Taqsima tad-Drama fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Fl-1979 waqqaf il-Lyceum Youtħ Tħeatre, formazzjoni ta' studenti żgħażagħ li ħadmu fuq proġetti estensivi, fosthom dramm espressjonista li fakkar il-waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin fl-1989 u li kien inħadem f'Ħamburg, il-Ġermanja. Fl-1986 tella' d-dramm Galileo Galilei ta' Bertold Brecht u l-produzzjoni li ntlaqgħet kemm bħala fewġa ta' arja friska mill-imxennqin għall-bidla fil-kamp teatrali kif ukoll b'arja ta' xettiċiżmu mill-qasam neo-konformista, fostħom il-gazzetta kattolika Leħen is-Sewwa.

Sena wara waqqaf Politeatru u baqa' jmexxihħ sal-1992. Fi ħdan dik il-formazzjoni ssawret xehda ta' artisti ewlenin tal-palk, fosthom Ray Abdilla, Ray Calleja, Etienne St. John, Marvic Cordina, Maria Vella, Karmenu Vella, Maryanne Muscat, Mario (Snits) Spiteri u Żep Camilleri, fost oħrajn. F'din l-intrapriża introduċa t-teatru Russu, minn Cekov sa Vampilov, ingaġġa diversi diretturi barranin kif ukoll ippreżenta drammi maqlubin għall-Malti mir-repertorju Ingliż tal-kitchen sink drama fit-Teatru tal-General Workers' Union, magħruf ukoll bħala t-Teatru tal-Ħaddiema, quddiem udjenżi numerużi.

Fl-1990, bħala d-direttur artistiku taċ-Ċentru Kulturali Russu, ħuwa kkordina l-ewwel festival ta' l-arti Malti-Russu ġewwa Moska. Bħala direttur teatrali ħuwa tella', fost l-oħrajn, xogħolijiet ta' Aristofani, Ewripede, Shakespeare, Ibsen, Gorky, Pinter, Williams u Sartre.

Fl-aħħar deċenju tas-seklu 20 Azzopardi baqa' joqrob aktar lejn tip ta' teatru "impenjat soċjalment" u beda jieħu seħem fi proġetti ġodda ma' pajjiżi Ewropej. L-involviment tiegħu baqa' jissaħħaħ bi proġetti teatrali assistiti mill-Unjoni Ewropea, l-aktar fil-qasam ta' l-edukazzjoni għal matul il-ħajja trasmessa b'forom drammatiċi. Mill-2000 'il hawn, hu ħadem bħala animatur ewlieni teatrali f'inħawi bħall-Italja, l-Awstrija, il-Germanja, is-Slovakkja, ir-Romanija, il-Polonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Ingilterra. Fl-2007 kiteb u pproduċa Coming in from the Shadows, dramm ibbażat fuq sensiela ta' narrativi awtentiċi ta' klandestini li ħarbu lejn l-Ewropa biex jevitaw kull xorta ta' oppressjoni, minn abbuż domestiku sa persekuzzjoni politika. Id-dramm kien iffilmjat fl-2008 u magħżul mill-Uffiċċju ta' l-UNHCR f'Ankara biex jintwera fl-okkazzjoni tal-Jum Dinji tar-Refuġjati.

Għaddew erbgħin sena minn mindu Azzopardi beda jikteb. Xorta jidher li baqa' diżilluż bil-qagħda kulturali f'Malta, mifnija bil-konformiżmu u l-biża li wieħed iħaddan fehmiet differenti, jekk mħux ukoll radikali. Il-pinna tiegħu dejjem tħassret, il-ftit jew wisq, l-insularità ta' poplu ċkejken li jħossu komdu ma jaħsibx jew li jkun manipulat mentalment. Azzopardi hu wieħed mill-aktar kritiċi ħorox tal-manipulaturi tal-medja kif ukoll tal-mod kif ħafna drabi, ix-xandir televiżiv nazzjonali iwarrab l-obbligi formattivi tiegħu biex ibaxxi ruħu għall-forżi tal-kummerċ u għad-dominanża ta' produtturi privati.

Fl-2007, il-kritiku Charles Briffa ppubblika studju estensiv dwar Mario Azzopardi bit-titlu Travelling between Sħadows (Progress Press) u nkluda għadd ta' traduzzjonijiet tax-xogħlijiet ta' Azzopardi għall-Ingliż. Pubblikazzjoni oħra bil-poeżiji ta' Azzopardi, maqlubin għall-Ingliż mill-professur Grazio Falzon, għandha t-titlu Naked as Water u kienet ippubblikata fl-iStati Uniti minn Xenox Books fl-1996.L-aktar xogħlijiet reċenti ta' Mario Azzopardi, inklużi kitbiet prożo-poetiċi jidhru fil-sit elettroniku marioAzzopardi.ċom

Kotba

Ma' poeti oħrajn

  • Antenni (1968)
  • Analiżi '70 (1970)
  • Mas-Sejħa tat-Tnabar (1972)
  • Dwal fil-Persjani (1973)

Antologiji Personali

  • Demgħat tas-Silġ (1976)
  • Passiflora (1977)
  • Tabernakli (1979)
  • Monokordi (1984)
  • Noti mis-Sanatorju tal-Mistiċi (1995)
  • Skizzi tal-Karnival (2010)
  • Il-Fabbrikant tal-Marjunetti (2012)
  • Epistoli mid-Deżert (2014)

Kotba Kritiċi

  • Sensiela ta' Studji Kritiċi pubblikati mill-PEG (Malta);
  • Dun Karm: Bejn il-Vatikan, id-Duce u l-Kuruna (1993)
  • Storja tat-Teatu f'Malta (2003)

Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti

  • Stejjer minn Kullmkien (1974)
  • Is-Sultana s-Sewda (2006)
  • Alicia Titkellem mill-Imwiet (2007)
  • L-Aħħr Ġranet ta' Ciorni (2009)
  • Vampir (2010)
  • Ix-Xitan b'Denbu Aħmar (2016)

Riċerka

  • It-Teatru f'Malta (2003)
  • Kitbiet dwar it-Teatrin (ed.) (2010)
  • M'hemmx bżonn Siparju (ed.) (2012)

Ħoloq esterni

The contents of this page are sourced from Wikipedia article. The contents are available under the CC BY-SA 4.0 license.
Lists
Mario Azzopardi is in following lists
comments so far.
Comments
From our partners
Sponsored
Credits
References and sources
Mario Azzopardi
arrow-left arrow-right instagram whatsapp myspace quora soundcloud spotify tumblr vk website youtube pandora tunein iheart itunes