peoplepill id: edwin-grech
EG
1 views today
1 views this week
The basics

Quick Facts

Gender
Male
The details (from wikipedia)

Biography

Edwin Grech (Ħal-Luqa, 27 ta' Settembru, 1928) huwa Professur tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija fl-Università ta' Malta. Kien Ministru tas-Sigurtà Soċjali fil-Gvern Malti bejn l-1996 u l-1998. Huwa missier Karin Grech.

Studju

Studja fl-Iskola Primarja tal-Ħamrun, fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u fl-Università ta’ Malta, minn fejn iggradwa bħala spiżjar fl-1952 u bħala tabib fl-1955.

Ġinekologu

Huwa speċjalizza fir-Renju Unit, sar membru fir-Royal College of Obstetricians and Gynaecologists fl-1963 u ġie elett Fellow of the Royal College of Obstetricians and Gynaecologists fl-1973.

Fl-1964 huwa inħatar lettur u konsulent fil-Makerere University Hospital tal-Uganda. Waqt li kien l-Uganda, huwa kiseb Master’s Degree in Surgery fl-1972.Fl-1973, huwa nħatar Professur u Kap tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija f’Lusaka, iż-Żambja.

Fl-1977, il-Professur Grech irritorna Malta u nħatar Professur u Direttur tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija fl-Isptar San Luqa u fl-Università ta’ Malta, karigi li żamm sal-1987.

Minbarra l-kontribut tiegħu għas-servizz tal-pazjenti fl-Iskola Medika, huwa introduċa metodi ġodda ta’ tagħlim kemm teoretiku kif ukoll kliniku.Huwa kien strumentali biex id-dipartimenti kliniċi kollha jkollhom għarfien mill-universitajiet u kunsilli mediċi barranin.

L-Assassinju ta' Bintu

Ftit wara r-ritorn tiegħu f’Malta, meta kien qed jagħti s-servizz tiegħu fl-isptarijiet Maltin, huwa sofra t-telfa ta’ bintu Karin, li nqatlet kawża ta’ splużjoni li seħħet minn ittra bomba mibgħuta lilu d-dar.

Karigi

Huwa serva bħala Dekan fil-Bord tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija għal għaxar snin u membru tas-Senat u l-Kunsill tal-Università ta’ Malta (1979-1987).Huwa rtira mis-servizz pubbliku fl-1991.

Huwa serva wkoll bħala konsulent dwar saħħet l-omm u t-tfal fl-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u bħala Direttur taċ-Ċentru Kollaborattiv għar-Riċerka Klinika fir-Reproduzzjoni Umana tal-ODS.

Politika

Fl-1992 il-Professur Grech ġie elett fil-Parlament mal-Partit Laburista. Huwa serva bħala Ministru għas-Sigurtà Soċjali (1996-1998).

Il-Mexxej tal-Partit Laburista, Allfred Sant, kien innominah għall-kariga ta' President tar-Repubblika imma l-Gvern ma kienx aċċetta.

The contents of this page are sourced from Wikipedia article. The contents are available under the CC BY-SA 4.0 license.
Lists
Edwin Grech is in following lists
comments so far.
Comments
From our partners
Sponsored
Edwin Grech
arrow-left arrow-right instagram whatsapp myspace quora soundcloud spotify tumblr vk website youtube pandora tunein iheart itunes