peoplepill id: dwardu-ellul
DE
Malta
1 views today
1 views this week
Dwardu Ellul
Maltese politician

Dwardu Ellul

The basics

Quick Facts

Intro
Maltese politician
Places
Work field
Gender
Male
Birth
The details (from wikipedia)

Biography

Dwardu Ellul (1894 – 1983) kien diplomatiku, politiku, umanista u poeta Malti. F'Malta hu l-aktar magħruf għall-parti li ħa fin-negozjati mal-Gvern Ingliż dwar is-sehem li kellha tieħu Malta mill-Marshall Aid. Ellul huwa wkoll magħruf għax-xejra anti-klerikali tiegħu. Fuq ix-xena internazzjonali, Ellul kien involut fil-konferenzi tal-paċi ta' Brussell, Konferenza ta' Pariġi, Milan u Ġinevra (1919–1922) bħala s-segretarju għar-relazzjonijiet barranin fil-League of Nations Union, Londra. Fl-1946 irċieva l-ordni Chevalier de la Légion d'honneur mill-gvern Franċiż.

Ħajja

Dwardu Ellul twieled il-belt Valletta fl-1894. Ommu mietet meta kien għadu tifel ta' sitt snin. Hemm żar l-iskola elementari u attenda wkoll żewġ klassijiet tal-iskola sekondarja, qabel ma kompla u temm l-iskola sekondarja fil-belt ta' Turin, l-Italja. Fl-1913, kiseb il-Licenzia Ginnasiale u kompla bl-istudji superjuri għal sentejn oħra.

Fl-1915, bħala ċittadin tal-Imperu Ingliż, Ellul kellu imur lura Malta minħabba diżgwid politiku bejn ir-Renju Unit u l-Italja. Għall-ewwel, qala' l-għajxien tiegħu bħala għalliem privat tat-Taljan u l-Latin, u bħala skrivan ma' negozjant żgħir. Minħabba li ma setax jilħaq jgħix b'dan ix-xogħol, daħal bħala skrivan temporanju fid-dockyard (N.S.O dpt.). Ftit wara ġie trasferit għal Moudros (Dardanelli) fejn għal aktar minn sena ħadem fl-uffiċċju tal-Assistent N.S.O. fuq il-flagship tal-flotta Ingliża tal-Mediterran tal-Lvant qabel ma reġa' ġie trasferit lura lejn Malta.

Fl-1917, waqt li fuq il-kontinent kienet għadha għaddejja l-Ewwel Gwerra Dinjija, Ellul siefer lejn Marsilja u kiseb passaġġ lejn Pariġi. Hemmhekk, fl-ambaxxata Ingliża ngaġġa suldat u ntbagħat l-Ingilterra biex jitħarreġ fl-armata. Ta servizz fi Franza, fil-Belġju u fil-Ġermanja (Army of Occupation) qabel ma ġie iddisċarġjat f'Diċembru, 1919 bi grad ta' surġent.

Sa l-1922 kien Assistent tas-segretarju għar-relazzjonijiet barranin fil-League of Nations Union ta' Londra: hawn fost dmirijiet oħra kien segretarju ta' delegazzjonijiet Ingliżi f'Konferenzi Internazzjonali ta' Brussell, Pariġi, Milan u Ġinevra. F'funzjoni oħra, Ellul ġie maħtur segratarju tal-kunsill Amministrativ ta' l'Institut français de Londres li kien affiljat ma' l-Università ta' Pariġi u (Sorbonne) u ma l-Università ta' Lille. F'dan ir-Rwol irċieva id-dekorazzjonijiet ta' officier d'Académie (1935) u ta' Officier de l'Instruction Publique (1939). L-aħħar medalja ġiet mgħoddija minn idejn il-President ta' Franza, (en) Albert Lebrun. L-akbar unur mill-Gvern Franċiż kien il-kisba tal-ordni Chevalier de la Légion d'honneur (1946).

Dwardu Ellul kien ukoll attiv fil-politika Ingliża u Maltija. F'Londra kien kunsillier fil-gvern lokali ta' Paddington (en) Paddington waqt li fil-politika Maltija ħa l-kariga ta' rappreżentant tal-Malta Labour Party. Fl-Ingilterra kien laħaq kummissarju ġenerali ta' Malta f'Londra (1948-49 u 1955-58).

Dwardu Ellul irtira Malta għal kollox fl-1965 minħabba raġunijiet ta' saħħa. Għal xi żmien kien attiv fil-politika bil-Partit Anti-Klerikali, partit li ġie mibdi minnu nnifsu, li iżda ma kellu ebda suċċess. Wara mewtu, triq fil-villaġġ tax-Xgħajra, fejn Ellul kellu propjetà zgħira u fejn kien jgħaddi x-xhur tas-sajf, ġiet imsemmija għalih.

Xogħlijiet

  • Ellul, Edward, Merry-Go-Round, a Kind of Poem, London, O. F. Boehringer, 1937. (Library of Congress Control No.:45028606)
  • Ellul, Edward, The Primrose Path: Poems for Optimists, The Frederick Printing Press Company Ltd, London, 1939.
  • Ellul, Edward, Arctic Conditions - Sonnets, The Frederick Printing Press Company Ltd, London, 1942.
  • Ellul, Dwardu, Ajsbergs (Icebergs) - Mitt Mini-Poema, Union Press, 1977.
  • Ellul, Dwardu, Lejn is-sema bid-daħka: epigramma taʼ Dwardu Ellul miġbura minn Eugene P. Sapiano, Sensiela kotba soċjalisti;10, Malta:Partit tal-Haddiema, 1984. Record Id: 22199914 (Australian Library Collections)

Noti

  • NSO hija taqsira għal Navy Supply Office jew Navy Supply Officer

Ħoloq esterni

The contents of this page are sourced from Wikipedia article. The contents are available under the CC BY-SA 4.0 license.
Lists
Dwardu Ellul is in following lists
comments so far.
Comments
From our partners
Sponsored
Credits
References and sources
Dwardu Ellul
arrow-left arrow-right instagram whatsapp myspace quora soundcloud spotify tumblr vk website youtube pandora tunein iheart itunes