peoplepill id: austin-camilleri
AC
Malta
1 views today
1 views this week
Austin Camilleri
Maltese artist

Austin Camilleri

The basics

Quick Facts

Intro
Maltese artist
Places
Work field
Gender
Male
Birth
Age
52 years
Education
University of Malta
The details (from wikipedia)

Biography

Austin Camilleri twieled fl-1972 huwa artist Malti li jaħdem fil-ħolqien tal-installazzjonijiet, fil-pittura, fit-tpinġija, fis-settur awdjoviżiv u fl-iskultura.

Bijografija

Austin Camilleri twieled fl-1972. Huwa trabba mill-ġenituri Għawdxin tiegħu f'Għawdex iżda nannuh Wistin Camilleri (1885-1979), li kien l-ewwel artist fl-arblu tar-razza tal-familja tiegħu, kien Malti ta' nisel Franċiż.

Huwa studja fl-Università ta' Malta u fl-Akkademja Pietro Vannucci f'Perugia, l-Italja.

Camilleri tella' u kien il-kuratur ta' wirjiet u ħoloq għadd ta' avvenimenti interdixxiplinari fejn sikwit ħadem ma' awturi, kompożituri, atturi, arkitetti u koreografi, flimkien magħhom jew b'mod separat. Huwa waqqaf 356, huwa membru fundatur ta' StArt, Fundazzjoni Klula u ISTRA Foundation u huwa lettur mhux permanenti fil-Fakultà għall-Ambjent Mibni tal-Università ta' Malta.

Austin Camilleri jgħix f'Għawdex u jaħdem l-iktar f'Malta u fl-Italja.

Wirjiet

Ix-xogħlijiet tiegħu ġew esebiti fil-Wirja Biennali ta' Venezja, fil-Wirja Biennali tal-Mediterran, fil-Wirja Biennali ta' Artraker u fil-Wirja Biennali għall-Artisti Żgħażagħ. Barra minn hekk, ix-xogħlijiet tiegħu ntwerew fi spettakli fil-Gallerija tal-Arti Viżiva f'New Delhi, l-Indja; fiċ-Ċentru Henderson f'Beijing, iċ-Ċina; f'CENTRALE (iċ-Ċentru Ewropew għall-Arti Kontemporanja), fil-Mużew Botaniku u fil-Pjazza Fontainas fi Brussell, il-Belġju; fil-Mużew tal-Arti Kontemporanja fi Cluj-Napoca, ir-Rumanija; f'Apollonia fi Strasburgu, f'Galerie GNG f'Pariġi u fil-Fondation Villa Datris f'L’Isle sur la Sorgue, Franza; fil-Palais Liechtenstein f'Feldkirch, l-Awstrija; fil-Mużew tal-Vatikan u fil-Wirja Biennali tal-Artisti Żgħażagħ, f'Ruma, u fil-kumpless tal-Mużew Arkeoloġiku ta' Lipari, fil-Mużew Ċiviku ta' Nichelino, fil-Biblijoteka Universitarja ta' Torino, fil-Biblijoteka Nazzjonali f'Ruma u f'Cosenza, f'Villa Maser fi Treviso, l-Italja; fil-Kwartieri Ġenerali tal-Ġnus Magħquda u fil-Gallerija SAI fil-Belt ta' New York, l-Istati Uniti; fil-Palazz ta' San Ġakbu f'Londra, ir-Renju Unit; fid-WTC fi Stokkolma u fil-Mużew ta' Kalmar fl-Iżvezja; fil-Palais des Nations, f'Ġinevra, l-Iżvizzera; f'Inguat, il-Belt ta' Gwatemala, il-Gwatemala; fil-Grote Kerk ta' Den Haag, in-Netherlands; u fil-Knisja ta' Santa Kjara, ir-Repubblika ta' San Marino.

Barra minn hekk, esebixxa xogħol pubbliku fil-Ġnien tan-Nazzjonijiet f'Ramallah, il-Palestina; f'Beith Shemesh, f'Ġerusalemm, Iżrael; fil-Palais Kherredine f'Tunis u fil-Palais Abdelliya, f'La Marsa, it-Tuneżija; fil-Munchen Kunstelerhaus fi Munich, fil-Galerie Bagnato u fil-Kulturzentrum f'Konstanz, il-Ġermanja; kif ukoll fil-Mużew Nazzjonali tal-Belle Arti, fil-Mużew Marittimu, fil-Mużew tal-Arkeoloġija u fil-Fondazzjoni tal-Arti Kontemporanja f'Malta.

Xogħlijiet

Xogħlijiet ewlenin

  • Sacredaustin (April 1998), installazzjoni b'ħajt tal-konkos fil-Knisja Kattolika ta' San Ġakbu, f'Għawdex
  • Convalescence of an interrupted conundrum (2003), installazzjoni bi statwi tal-festa ta' nannuh imġeżwrin fil-plastik ġo spazju klawstrofobiku.
  • Leanbh=baby / Prayer (2001/2002), rużarju tal-aluminju fondut b'irjus ta' tarbija minflok żibeġ.
  • Deposition (2006), installazzjoni bi projezzjoni doppja ta' filmat ta' sitt minuti u għoxrin sekonda, b'ħamsin sekonda pawża bejniethom fil-Kulturzentrum ta' Kostanz, il-Ġermanja.
  • Kelmabejntnejn (2008), żejt fuq it-tila bi struzzjonijiet bl-email fl-MCA, il-Marsa.
  • Homo immortalis (2011), disa' busti ta' dittaturi dinjin, mgħottijin u magħmula mill-ġibs ta' Pariġi u mill-irħam ta' Carrara.
  • Milk (2012), xogħol bir-rakkmu.
  • Bloħladawl (2014), proġett ta' monument kunċettwali f'foss qrib il-Forti ta' Sant'Iermu, biex jiċċelebra l-erbgħin anniversarju minn mindu Malta saret repubblika.
  • Stones (1999), diversi blatiet fil-Gżejjer Maltin indurati bil-folji tad-deheb ta' 22 ct.
  • Ghost trip series (2015), filmat u sensiela ta' xogħlijiet fuq il-karta; esposti fiċ-Ċentru ta' Henderson f'Beijing, iċ-Ċina.
  • Sebgħa (2017), serje ta' tinqix fil-blat naturali minn seba' poeżiji ta' sitt poeti Maltin, Rużar Briffa, Norbert Bugeja, Claudia Gauci, Maria Grech Ganado, Adrian Grima, u Daniel Massa, u mill-grupp mużikali Brikkuni, f'postijiet differenti fil-Gżejjer Maltin.
  • Night has fallen (2016-2017), installazzjoni b'neon fiżiku u b'neon diġitali flimkien ma' filmat HD f'ħin reali; ikkummissjonat għall-wirja Malta - Land of Sea, fil-BOZAR, Brussell, il-Belġju.
  • Żieme (2014), installazzjoni temporanja ta' statwa permanenti ta' żiemel bi tliet saqajn, magħmula bil-bronż, li fl-2014 ġiet installata qrib Bieb il-Belt, quddiem il-binja tal-Parlament ta' Malta fil-Belt Valletta, u fl-2016 ġiet installata f'Kalmar, l-Iżvezja, u fl-2021 ġiet installata fi Krakovja, il-Polonja.
  • Disgħa (2018), serje ta' tinqix fil-blat naturali minn disa' poeżiji differenti ta' poeti Maltin bit-titli u fil-postijiet li ġejjin: Mhix f'residenza privata fil-Wardija, Għadira f'sit ta' żvilupp f'Tas-Sliema, L-Aħħar f'irdum bejn Sannat u l-Munxar, Mappa f'barriera fil-Qala, Pajjiżi f'moll tal-konkos f'Kemmuna, Ferħ fis-salini ta' Marsaxlokk, Fossila fit-tafal ta' Għar Qawqla f'Għawdex, Ħin fil-blat artab fil-Forti ta' Sant'Iermu fil-Belt Valletta, u Xemx f'sit ta' żvilupp fil-Mosta.

Kollaborazzjonijiet

  • The Hate Politik (2015), spettaklu li jinkludi ż-żfin, il-mużika, l-arti viżiva u t-teatru f'daqqa; flimkien ma' Kenneth Spiteri, Mario Sammut u Tommi Zueggin.

Referenzi

Ħoloq esterni

The contents of this page are sourced from Wikipedia article. The contents are available under the CC BY-SA 4.0 license.
Lists
Austin Camilleri is in following lists
comments so far.
Comments
From our partners
Sponsored
Credits
References and sources
Austin Camilleri
arrow-left arrow-right instagram whatsapp myspace quora soundcloud spotify tumblr vk website youtube pandora tunein iheart itunes