peoplepill id: anton-f-attard
AFA
1 views today
1 views this week
Anton F. Attard
Schrijver

Anton F. Attard

The basics

Quick Facts

Intro
Schrijver
Work field
Birth
Age
82 years
The details (from wikipedia)

Biography

Anton F. Attard (Rabat (Għawdex), 14 ta’ Frar, 1943 - 19 ta' Lulju, 2018) kien storiku, riċerkatur, awtur u għalliem.

Huwa attenda l-Iskola Primarja tar-Rabat u l-iskola sekondarja fil-Liċeo. Huwa ggradwa bħala għalliem mis-St Michael’s Training College u kompla b’Baċellerat tal-Arti u Masters mill-Università ta' Malta. Għallem fl-iskejjel tal-Marsa u ż-Żejtun.

Ħidma Politika u Trejdunjonistika

Wara karriera bħala għalliem, Attard kompla l-impjieg maċ-ċivil. Huwa serva wkoll bħala segretarju tas-sezzjoni taċ-ċivil fi ħdan il-General Workers Unions. F’Għawdex, Attard kien responsabbli għall-ftuħ tad-Dipartiment għas-Servizzi Soċjali.

Fl-1977 inħatar Segretarju tal-Awtorità tad-Djar u aktar tard f’Sezzjoni tal-Ħaddiema Pubbliċi fi ħdan il-GWU.

Fl-1993, Attard ħa f’idu r-responsabbiltà tas-Segretarjat għall-Affarijiet t’Għawdex.

Fl-2003, irtira.

Anton F Attard kien involva ruħu wkoll fil-politika u kkontesta l-elezzjoni f’isem il-Partit Laburista għalkemm ma kienx elett.

Għaqdiet

L-interessi varji tiegħu rawh jissieħeb f’diversi għaqdiet u kumitati fosthom il-Kumitat tal-Kultura f’Għawdex, is-Soċjetà Maltija għall-Arti, Manifattura u Kummerċ, is-Soċjetà Maltija tal-Istorja, il-GWU, l-Akkademja tal-Malti, is-Soċjetà Filatelika Maltija u Għawdxija, iċ-Circolo Gozitano, u fil-Katidral ta’ Għawdex u s-Soċjetà Filarmonika Leone.

Attard għal snin twal investa l-enerġija kollha tiegħu sabiex jiġu ppreservati l-istorja u l-kultura, partikolarment il-kultura folkloristika u popolari ta’ Għawdex. Kien jinsisti favur il-primat tas-Soċjetà Filarmonika Leone fost il-baned Għawdxin u l-primat tal-Katidral ta’ Għawdex fost il-knejjes u l-parroċċi f’Għawdex.

Studji u kitbiet

Attard ħalla ħafna kitbiet u riċerki warajh. Huwa kien traduttur, folklorist u poeta. Attard jibqa’ magħruf għall-kitbiet tiegħu; proża u letteratura, poeżiji, artikli u riċerki.

L-ewwel poeżija li ppubblika kienet Aħjar Bqajt Żgħir fl-1959 fuq ġurnal lokali umoristiku Il-Joker.

Kien jikteb fuq kull gazzetta u għadd bla qies ta’ pubblikazzjonijiet oħra. Huwa ppubblika għadd ta’ kitbiet fuq Il-Joker, It-Torċa, L-Orizzont, Il-Passa, It-Tromba, L-Egħjun, Il-Ħajja f’Għawdex, Tagħna t-Tfal, Programmi tal-Festa ta’ Santa Marija, Għawdex; The Museletter, Il-Qronfla, L-Aurora, Ħbieb il-Presepju, Gozo Philatelic Newsletter, In-Nazzjon, Il-Mument, The Times, The Sunday Times, The Malta Independent u The Malta Independent on Sunday.

Huwa kiteb ukoll l-innu uffiċjali tal-GWU, Magħqudin u tal-lokalità tal-Għarb, Innu lill-Għarb.

Xandir

Huwa kien ukoll kontributur regolari fuq Radju Katidral, kif ukoll fuq bosta programmi tar-radju u televiżjoni nazzjonali, fosthom Għawdex Illum.

The contents of this page are sourced from Wikipedia article. The contents are available under the CC BY-SA 4.0 license.
Lists
Anton F. Attard is in following lists
comments so far.
Comments
From our partners
Sponsored
Anton F. Attard
arrow-left arrow-right instagram whatsapp myspace quora soundcloud spotify tumblr vk website youtube pandora tunein iheart itunes