Biography
Lists
Also Viewed
Quick Facts
Intro | Vincent Moran | |
is | Politician | |
Work field | Politics | |
Gender |
|
Biography
Vincent Moran (27 ta’ Jannar 1932 - 20 ta' Novembru 2018) kien Ministru tas-Saħħa fil-Gvernijiet Laburisti tas-snin sebgħin u tmenin. Moran wettaq riformi li komplew isaħħu dak li l-Gvern ta’ Pawlu Boffa u Dom Mintoff bdew fis-settur tas-saħħa. Il-professjoni ta’ tabib u l-irwol tiegħu fil-politika kienu mezzi kif Moran kien jara li jagħmel il-ġid fost is-soċjetà.
Bin John Moran u Carmela mwielda Debono, huwa beda jipprattika l-professjoni ta’ tabib fl-1958. Fl-1963 ingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ flimkien ma’ Margret Debono, magħrufa bħala Maggie Moran, li mietet fl-10 ta’ April 1993, u li kienet Presidenta tal-Għaqda Nisa Laburisti u Direttriċi ta’ diversi kumpaniji.
Politika
Moran kien membru fi ħdan il-Partit Laburista sa mill-1948. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament l-1962 u mill-1976 sal-1987 Moran ħadem bħala Ministru tas-Saħħa u tal-Ambjent.
Fi kliem l-ex Segretarju privat tiegħu, Anthony Debono, Moran kien “bniedem leali, sinċier, ħabrieki li xejn ma jaqtalu qalbu anke fl-iktar mumenti ta' kriżi. Huwa kien tabib tal-poplu li qatt ma għamel għażla biex jagħti s-servizzi professjonali u politiċi tiegħu. Inħoss li kemm ilni ħaj l-aħjar żmien ta' ħajti kienu l-ħames snin li jien għamilt bħala s-segretarju privat tiegħu.”
L-Istrajk tat-Tobba
L-għaxar snin ta' Moran kienu karatterizzati minn strajk kontinwu tat-tobba u għaldaqstant kienet ferm iktar impressjonanti t-tmexxija tiegħu billi kellu jagħmel arranġamenti ma’ diversi pajjiżi biex jintbagħtu tobba Malta għal kura tal-Maltin fosthom tobba ta' fama mondjali bħal Professur Fara tal-Plastic Surgery u Prof Grossman fil-kirurġija speċjali.
Tant hu hekk li fi żmien tliet snin kienu ġew iffirmati ftehim bilaterali fil-qasam tas-saħħa maċ-Ċekoslovakkja u l-Yugoslavia ta' dak iż-żmien, l-Italja, l-Greċja, l-PLO, l-Iraq u tant oħrajn.
Kien ukoll l-kap tad-delegazzjoni li marret ġewwa Alma Ata 40 sena ilu fejn l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddeċidiet biex jingħata l-akbar attenzjoni għall-Kura Primarja u bid-dinamiżmu tat-Tabib Moran Malta kienet wieħed mill-pajjiżi xempju f'dan il-qasam.
Moran kien ukoll il-kap tad-delegazzjoni li nnegozjat u offriet lill-Konferenza Mondjali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa f'Lulju tal-1982 li ġewwa Malta jitwaqqaf Ċentru Internazzjonali tal-Anzjani biex jitratta mal-aspetti prattiċi fil-kura tal-anzjani u biex ċ-Ċentru jkun s-sors li jara li dan is-suġġett ikun segwiet mad-dinja kollha.
Mibgħut speċjali ta' Mintoff
Matul il-kariga tiegħu ta' Ministru tas-Saħħa, għal madwar sentejn dar il-Golf kollu jiltaqa' mar-rejiet tas-Saudi Arabia Ir Re Fahd, Ir Re Al Sabah Kuwait, Ir-Re Zayed Al Nayan tal-Emirati Magħquda, Ir-Re Al Ansari tal-Qatar fil-kariga ta' Mibgħut Speċjali tal-Prim Ministru biex jinxtara ż-żejt għal Malta fil-parti kbira akkumpanjat minn Dr Alex Sceberras Trigona, Karmenu Vella u Tony De Bono.
Il-funeral ta' Borg Olivier
Okkażjoni specjali li l-Ministru Ċensu Moran jibqa’ magħruf għaliha kienet meta l-Prim Ministru Dom Mintoff għażlu biex jiehu ħsieb jorganizza l-funeral statali tal-ex Prim Ministru George Borg Olivier liema funeral statali huwa mniżżel fl-istorja ta' pajjiżna bħala wieħed jekk mhux l-aqwa li qatt sar.
Mewt
Moran miet fl-età ta’ 86 sena. Hu miet fl-Isptar Karin Grech, li kien fetaħ hu stess fil-11 ta’ Novembru 1979.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista sostna li fil-ħidma tiegħu dejjem issielet għall-benefiċċji tal-ħaddiema. Il-PL qal li se jibqa’ magħruf għal kemm kien bniedem tan-nies. Hu kien elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1962 bil-ħidma politika tiegħu tkun ispirata mill-bżonn li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, speċjalment fis-settur tas-saħħa. Skont l-istqarrija huwa kien strumentali għat-tibdiliet li saru fi żminijiet ta’ gvernijiet Laburisti fi żmien l-eks Prim Ministru l-Perit Mintoff.
Fi tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva lil Moran bħala wieħed mill-fundaturi tas-sistema nazzjonali tas-saħħa fil-pajjiż."Vincent Moran can be considered one of the founding fathers of #Malta National #Health System. He remained an integral part of the community throughout his political life and beyond. Vincent and Maggie embodied selfless service at its best."
Predeċessur Albert Hyzler | Ministru tas-Saħħa 1976–1987 | Suċċessur |