Mario Serracino-Inglott

Lingwista u plejer taċ-ċess Malti
The basics

Quick Facts

IntroLingwista u plejer taċ-ċess Malti
PlacesMalta
wasTeacher Lexicographer Chess player Professor Educator
Work fieldAcademia Social science Sports
Gender
Male
Birth4 November 1934, Bormla, Port Region (Port), Malta
Death22 September 2007 (aged 72 years)
Star signScorpio
Family
Father:Erin Serracino Inglott
The details

Biography

Mario Serracino Inglott (1934–2007) kien lingwista u surmast taċ-ċess.

Huwa twieled Bormla fl-4 ta’ Novembru 1934. Missieru kien il-lingwista magħruf Erin Serracino Inglott. Mario attenda l-Kulleġġ San Alwiġi u l-Liċeo, wara studja fl-Università ta’ Oxford fejn iggradwar b'BA fl-ekonomija.

Missieru kien mudell ewlieni għalih. Mario segwa lil Erin fl-imħabba tiegħu lejn il-lingwa Maltija u ċ-ċess. Huwa sar ċampjin taċ-ċess ta’ Malta fl-1947 fl-età ta’ 12-il sena. Eventwalment beda jieħu sehem f’tournaments internazzjonali taċ-ċess, fosthom dawk fl-Italja u l-Jugoslavja fl-1957. Għal ħafna snin serva bħala president tal-Malta Chess Association. Kien ukoll l-ewwel Malti li ġie rikonoxxut mill-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċess (FIDE) bħala arbitru internazzjonali taċ-ċess.

Fl-1953 kien impjegat bħala skrivan fil-Malta Dockyard iżda sar impjegat taċ-ċivil sentejn wara. Fl-1963 ġie trasferit għal Malta House f’Londra fi żmien meta l-pajjiż kien fl-aħħar stadji li jingħata l-indipendenza mill-Gran Brittanja. Matul iż-żmien li qatta’ Londra, kiteb diversi poeżiji u stejjer qosra bil-Malti u bl-Ingliż. Meta mar lura Malta, ħadem għad-Dipartiment tal-Industrija u wara l-Ministeru tal-Edukazzjoni, fejn sar l-amministratur anzjan fid-Dipartiment tal-Isport. Fl-1980 huwa kkoordina l-Olimpjadi taċ-Ċess f’Malta – l-akbar edizzjoni sa dak iż-żmien. Irtira miċ-ċivil fl-1985. Ftit wara sar għalliem fil-Kulleġġ Stella Maris.

Kien membru tal-Akkademja tal-Malti u serva bħala viċi-president tagħha għal numru ta’ snin. L-imħabba tiegħu għall-ilsien Malti saret l-aktar evidenti fl-1983, meta beda jeditja l-volumi posthumi tal-kappulavur ta’ missieru Il-Miklem Malti, li jibqa’ l-aktar studju estensiv tal-lessiku Malti. Pubblikazzjonijiet tiegħu stess jinkludu Storja taċ-Ċess f’Malta bejn l-1880 – 1990 u d-dizzjunarju u teżawru tiegħu stess Diżżjunarju Malti, ippubblikat mill-Merlin Library.

Mario Serracino Inglott iżżewweġ lil Joan Antida Fsadni fl-1960 u flimkien kellhom tifla jisimha Lara.

Miet fit-22 ta’ Settembru 2007 fl-età ta’ 72 sena.

Referenzi

  1. ^ "Author Mario Serracino Inglott passes away at 72". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-15.
  2. ^ "History - Malta Chess Federation" (bl-Ingliż). 2021-01-06. Miġbur 2023-04-15.
  3. ^ "Mario Serracino-Inglott dies at 73". www.olimpbase.org. Miġbur 2023-04-15.
  4. ^ Thake, Contrad (2021-02-04). "Commemorating the Malta Chess Olympiads 1980 (Chess Corner in the Times of Malta) - Malta Chess Federation" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-15.
  5. ^ "Work Of Mario Serracino Inglott commemorated - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2023-04-15.
  6. ^ Reljic, Teodor (2007-09-30). "The Maltese language loses one of its heavyweights - MaltaToday". archive.maltatoday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-15.
The contents of this page are sourced from Wikipedia article on 07 Jan 2024. The contents are available under the CC BY-SA 4.0 license.