Biography
Gallery (1)
Lists
Also Viewed
Quick Facts
is | Poet | |
Work field | Literature | |
Gender |
| |
Birth | 1904 |
Biography
Erin Serracino Inglott (L-Isla, 16 ta' Ottubru 1904 – 22 ta' Awissu 1983) kien drammaturgu, poeta, rumanzier, kittieb ta' novelli, lessikografu, filologu u traduttur Malti.
Bijografija
Erin kien bin Antonio Serracino u Pia Inglott. Studja fil-Liċeo (1915–1920) u fl-Università ta' Malta u ħa kors tal-Letteratura (1921–1924). Sa minn żgħożitu Erin kellu kilba għall-kotba. Daħal fis-Servizz Ċivili (1927–1963) u serva għal xi żmien bħala segretarju tal-Università ta' Malta.
Fl-1993 iżżewweġ lil Leonilda Gatt u ma baqax joqgħod l-Isla fejn kien joqgħod qabel u mar joqgħod Bormla, fi Triq Santa Margerita u baqa' joqgħod hemm sakemm miet. Fi żmien il-gwerra iżda, kien mar joqgħod għal ftit żmien, Birkirkara. Kellhom ħamest itfal, tliet ibniet u żewġ subien. F'Bormla, Erin Serracino Inglott kien jattendi l-Literary and Debating Society, soċjetà maqtugħa għal kollox mill-attivitajiet politiċi li l-iskop ewlieni tagħha kien li jsiru laqgħat dwar il-kitba, il-movimenti letterarji u suġġetti oħra varji. B'hekk tħajjar biex isir membru tal-Akkademja tal-Malti. Kien jaf l-Ingliż, it-Taljan, il-Latin, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Ġermaniż u r-Russu.
Erin Serracino Inglott kellu tliet delizzji prinċipali: il-lingwa, iċ-ċess u l-mużika. Dawn it-tliet delizzji kibru miegħu fl-interess u fl-importanza għax ma kienx jaf b'medjokrità u jieqaf hemm, imma kellu fih sens profond li kien iġiegħlu jħoss li kull xogħol li jidħol għalih għandu jkollu fuqu t-timbru tal-kompetenza u tal-kreatività.
Fiċ-ċess Erin rebaħ il-kampjonat diversi drabi u fis-sena 1938 mar Brighton jikkompeti maċ-ċampjin dinji fejn ġab dro f'logħba li ħajritu jkompli miexi fit-triq tas-suċċess.
Għalkemm kien iqatta' ħafna sigħat jikteb, xorta kien isib il-ħin għall-familja. Kienu jgħidu r-rużarju flimkien, joħroġ mal-familja u wkoll jeħodhom jgħumu, basta x'ħin irid hu. Kien iħobb ħafna l-annimali u skond ibnu, Erin Serracino Inglott kellu ammorin li kien jgħid ir-rużarju magħhom. Kien wasal lejn l-aħħar tal-kitba tad-dizzjunarju, Il-Miklem Malti, meta miet fl-età ta' 78 sena.
Xogħlijiet
- Il-miklem Malti – ġabra ta' kliem li jinsab fl-ilsien Malti mill-eqdem magħruf u miktub, ukoll dak li m'għadux jingħad, sal-iġded magħżul u milqugħ, li beda jingħad, miktub kif jixraq bit-tiswijiet meħtieġa, u mogħni bit-tifsir tan-nisel semitiku jew romanz skont is-sengħa/xogħol ta' Erin Serracino-Inglott, Klabb Kotba Maltin, Malta, 1975-1989.
Drammi
- Razju Vidal, G. Muscat, Malta, 1941
- Ir-raġel li ħadha mal-mewt, Malta, 1945
- Il-barrani, A.C. Aquilina, Malta, 1956
- Ir-raħeb, Klabb Kotba Maltin, Malta, 1971
- Ir-raġel li twieled mill-gdid (dramm fi tliet atti), Malta, 1971
- Il-wiċċ u l-qalb (buzzett f'att wieħed), Malta, 1971
- Il-bażużlu, Klabb Kotba Maltin, Malta, 1978
- Il-Kerjoti (u żewg drammi oħra), Pubblikazzjonijiet Indipendenza, Malta, 1993
Traduzzjonijiet
- It-taħbila tal-kamra s-safra, rumanz ta' Gaston Leroux (Mystere de la chambre jaune). Giov. Muscat, Malta, 1947
- Dante Alighieri: Id-divina commedia bil-Malti. L-infern. xxxix Stamperija tal-Gvern, Malta, 1964
- Il-qarnita: ġrajja oħra ta' Routetabille miktuba minn Gaston Leroux, National Press, Malta, 1972
Poeżija
- Is-sabiħ u l-ikrah (1939)
- Ix-xita (1945)
- Nemel (1946)
- Xi ħaġa baqa' (1947)
- Lil G. B. S (1947)
- Ġesù u l-Madliena (1948)
- Sunetti tal-gwerra (1948)
- Talba lil ommi mejta (1950)
- Xejn... (1950)
- Jahweh (1967)
- Lill-mewt (1967)
Ix-xita
L-iżjed poeżija popolari ta' Erin Serracino Inglott hi bla dubju Ix-xita (1945):
Dix-xita | Kif jasal | Jagħtini | Jekk jiena | Jagħtini |
Novelli
- Dwiem, Il-Malti, Sett. 1944
Artikli oħra
- Ħsibijiet imxerrda, Il-Malti, Mejju, 1940
- Nisel, Il-Malti, Mejju, 1947
- Il-palk ta' żgħużiti, 1966
- Fehmti Dwar Xi Problemi fl-Ortografija tal-Malti, Il-Malti, 1977