Angelo Psaila

Maltese psychiatrist
The basics

Quick Facts

IntroMaltese psychiatrist
A.K.A.Anġlu Psaila
A.K.A.Anġlu Psaila
PlacesMalta
wasPsychiatrist
Work fieldHealthcare
Gender
Male
Birth1937, Żabbar, Malta
Death4 September 2018 (aged 81 years)
Awards
Member of the National Order of Merit 
The details

Biography

Il-Professur Anġlu Psaila (Ħaż-Żabbar, 1937 - 4 ta' Settembru 2018) kien speċjalista tat-tfal, kardjologu kliniku u speċjalista tal-mediċina ġenerali. Is-sehem tiegħu fil-mediċina kien mifrux ukoll għall-edukazzjoni permezz tax-xandir, fejn kien jippreżenata u jipparteċipa fi programmi relatati mas-saħħa fuq ir-radju u t-televiżjoni.

Studji

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa bħala tabib fl-1961. Huwa sussegwentement telaq lejn l-Ingilterra biex jispeċjalizza fil-mediċina, fejn iggradwa DCH (1964) u MRCP (1969). Psaila ġie elett Fellow tar-Royal College of Physicians of Edinburgh fl-1984 u Fellow tar-Royal College of Physicians of London fl-1997 u Fellow tar-Royal College of Physicians of Glasgow.

Karigi

Fl-1978, hu nħatar bħala tabib konsulent fl-Isptar San Luqa u sussegwentement Deputat Direttur fid-Dipartiment tal-Mediċina u Professur tal-Mediċina fl-Università ta’ Malta. Psaila huwa speċjalista tat-tfal, kardjologu kliniku u speċjalista tal-mediċina ġenerali. Hu pparteċipa regolarment f’kungressi internazzjonali u Ewropej dwar il-kardjoloġija u mediċina interna.

Personalità Televiżiva u Radjufonika

Huwa wkoll attiv fl-edukazzjoni tas-saħħa pubblika, billi jikkontribwixxi b’mod sinifikattiv f'diversi programmi lokali tar-radju u t-televiżjoni. Għal ħafna snin ippreżenta l-programm Stetoskopju fuq ONE Radio nhar ta' Ħadd filgħaxija.

Sport

Huwa wkoll involut fl-isports, partikularment fil-futbol u t-tennis. Huwa l-fundatur tal-Medical Tennis Association (Malta) u serva wkoll bħala President tal-World Medical Tennis Society (1993-95).

Politika

Fis-snin tmenin u disgħin huwa kien kandidat tal-Partit Laburista fl-Elezzjonijiet Ġenerali iżda qatt ma ġie elett.

Ġieħ ir-Repubblika

Fl-2013 Psaila ingħata Ġieħ ir-Repubblika bħala rikonoxximent tal-kontribut eċċezzjonali tiegħu fil-qasam tal-mediċina u l-kura medika f’Malta, kif ukoll, l-edukazzjoni lill-pubbliku ġenerali permezz tal-midja.

Mewt

Meta tħabbret il-mewt tal-Professur Psaila, il-Prim Ministru Joseph Muscat fakkar kif Anġlu Psaila kien professjonist iddedikat fil-mediċina, u xandar li spjega l-mediċina lil diversi ġenerazzjonijiet fuq il-midja. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne iddeskriva lill-professur bħala kollega u ħabib tal-qalb, li ġenerazzjonijiet sħaħ għandhom ikunu grati lejh.

Il-Partit Laburista sellem il-memorja tal-Professur Psaila li jibqa’ mfakkar l-iktar għall-kontribut tiegħu fil-qasam mediku. Il-Professur Psaila mhux biss kien jispikka għall-għerf tiegħu iżda wkoll għall-mod kif dan l-għerf kien jipprova jxerrdu fost il-pubbliku b’mod partikolari permezz tal-media. Fakkar kif tul is-snin, eluf ta’ pazjenti u studenti tal-mediċina gawdew mid-dedikazzjoni li kellu l-Professur Psaila. L-altruwiżmu tal-Professur Psaila kien waslu wkoll biex joffri l-kontribut tiegħu fl-arena politika fejn kien ukoll kandidat tal-Partit Laburista f’numru ta’ elezzjonijiet ġenerali.

The contents of this page are sourced from Wikipedia article on 07 Aug 2020. The contents are available under the CC BY-SA 4.0 license.